|
Deutsch English Espanol Français Italiano Japanese(30KB) Português Russkiy
Fost
il-vjolinisti famuzi tad-dinja nsibu lil Aaron Rosand, li bl-arti tieghu sahhar
udjenzi kemm fl-Istati Uniti, fl-Ewropa u f' partijiet ohra madwar id-dinja.
Mfahhar bhala l-aqwa vjolinist, Aaron Rosand ikompli t-tradizzjonijiet ta' zewg
skejjel distinti tad-daqq tal-vjolin. Mwieled fl-Indiana, minn omm ta' nazzjonalita'
Russa u missier Polakk, Rosand studja ma' Leon Sametini li huwa dixxiplu ta'
Eugene Ysaye u mal-famuz Efrem Zimbalist, li huwa student tal-leggendarju Leopold
Auer.
Rosand, qatta' l-ewwel snin go Chicago, u ta' disa snin ghamel l-ewwel debutt tieghu gewwa l-Opera House ta' Chicago. Is-sena ta' wara, huwa ha sehem fil-Kuncert ta' Mendelssohn mal-Orkestra Sinfonika ta' Chicago, immexxija minn Frederick Stock. Minn dak iz-zmien, Rosand deher ma' l-aqwa orkestri Amerikani u Ewropej, immexxijin minn surmasti distinti bhalma huma Rostropovich, Reiner, Kondrashin, Steinberg, Leinsdorf, Bernstein, Skrowaczewski, Maazel, Slatkin u Blomstedt.
Rosand irrikordja estensivament matul il-karriera tieghu. Barra s-sonati kollha ta' Beethoven u Bach, huwa rrikordja wkoll ghadd kbir ta' kuncerti, filwaqt li jispecjalizza fil-kapolavuri romantici tas-seklu dsatax. Ir-rikordji tieghu ta' kuncerti, kif ukoll xoghlijiet qosra esegwiti bl-orkestri, bhalma huma ta' Mendelssohn, Tchaikovsky, Lalo, Saint Saens, Chausson, Wieniawski, Rimsky-Korsakov, Sarasate u Ysaye, gew imfahhra mill-kritici. Huwa ghamel ir-rikordji ewlienin ta' kuncerti ta' Joachim, Hubay, Ernst, Arensky u Godard kif ukoll l-Humoresques kompliti ta' Sibelius.
Barra li jesegwixxi kuncerti u jirrekordja, Rosand jippresjeda attwalment il-katedra 'Dorothy Richard Starling' ta' l-Istudji tal-Vjolin fl-Istitut Curtis tal-Muzika go Philadelphia. Email: info@aaronrosand.com.
Translation: Scerri, Falzon.
| Welcome || Biography || Acclaim || Recordings || Address || Links || Site Map |